This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0617
Case C-617/21: Request for a preliminary ruling from the Landgericht Ravensburg (Germany) lodged on 6 October 2021 — RU, PO v Nissan Leasing, Volkswagen Leasing GmbH
Kawża C-617/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2021 – RU, PO vs Nissan Leasing, Volkswagen Leasing GmbH
Kawża C-617/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2021 – RU, PO vs Nissan Leasing, Volkswagen Leasing GmbH
ĠU C 37, 24.1.2022, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2021 – RU, PO vs Nissan Leasing, Volkswagen Leasing GmbH
(Kawża C-617/21)
(2022/C 37/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Ravensburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RU, PO
Konvenuti: Nissan Leasing, Volkswagen Leasing GmbH
Domandi preliminari
1) |
Kuntratti ta’ leasing għal vetturi bil-mutur li huma bbażati fuq il-kilometraġġ, ta’ żmien fiss ta’ madwar sentejn jew iktar, li jeskludu d-dritt ordinarju ta’ xoljiment u li taħthom il-konsumatur għandu jiżgura li l-vettura tkun koperta minn assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili u minn assigurazzjoni komprensiva li tkopri r-riskji kollha, huwa repsonsabbli wkoll sabiex jasserixxi d-drittijiet tiegħu fil-każ ta’ difetti fil-konfront ta’ terzi (b’mod partikolari fil-konfront tal-konċessjonarju u tal-produttur tal-vettura) u, barra minn hekk, iġorr ir-riskju ta’ telf, ħsara u deprezzament ieħor, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u/jew tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2) u/ jew id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (3)? Huma kuntratti ta’ kreditu fis-sens tal-Artikolu 3(ċ) tad-Direttiva 2008/48 u/jew kuntratti relatati ma’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 u l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65? |
2) |
Fil-każ li l-kuntratti ta’ leasing għal vetturi bil-mutur li huma bbażati fuq il-kilometraġġ, kif deskritti fl-ewwel domanda, huma kuntratti relatati ma’ servizzi finanzjarji:
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-punt (a) jew għall-punt (b) tat-tieni domanda: L-Artikolu 16(l) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratti ta’ leasing għal vetturi bil-mutur li huma bbażati fuq il-kilometraġġ, kif deskritti fl-ewwel domanda, jaqgħu taħt din l-eċċezzjoni? |
4) |
Fil-każ li l-kuntratti ta’ leasing għal vetturi bil-mutur li huma bbażati fuq il-kilometraġġ, kif deskritti fl-ewwel domanda, huma kuntratti relatati ma’ servizzi finanzjarji:
|
(2) ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14.