Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10545

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (M.10545 — PSA / TIL / PNIT) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 14 I/06

PUB/2021/1037

ĠU C 14I, 12.1.2022, pp. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 14/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(M.10545 — PSA / TIL / PNIT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 14 I/06)

1.   

Fl-20 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PSA International Pte. Ltd. (“PSA”, Singapore),

Terminal Investment Limited Sàrl (“TIL”, l-Iżvizzera),

Pusan Newport International Terminal Co., Ltd. (“PNIT”, il-Korea), ikkontrollata minn PSA.

TIL, permezz ta’ Terminal Investment Switzerland Sàrl (“TIS”), u PSA jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ PNIT.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal PSA: operatur internazzjonali ta’ terminals tal-port. Hija attiva prinċipalment fil-forniment ta’ servizzi ta’ burdnara fil-portijiet, b’attenzjoni partikulari għall-forniment ta’ servizzi tat-terminals tal-kontejners għat-traportaturi marittimi,

għal TIL: hija tiżviluppa, iġġestixxi u tinvesti f’terminals tal-kontejners madwar id-dinja, ta’ spiss f’impriżi konġunti ma’ operaturi tat-terminals ewlenin oħrajn. TIL hija indirettament ikkontrollata b’mod konġunt minn MSC Mediterranean Shipping Company tal-Iżvizzera u ċerti fondi huma ġestiti minn Global Infrastructure Management, LLC. tal-Istati Uniti,

għal PNIT: topera terminal tal-kontejners f’Busan New Port li jinsab f’Busan, belt li sservi ta’ port fix-Xlokk tal-Korea t’Isfel. Bħalissa hija kkontrollata minn PSA.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10545 — PSA / TIL / PNIT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top