Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0297

    Kawża T-297/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2021 – Troy Chemical Company u Troy vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti bijoċidali – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/348 – Approvazzjoni tal-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti intiża sabiex tintuża fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 (preservattivi għall-pellikoli) u 10 (preservattivi tal-bini) – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 513, 20.12.2021, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 513/29


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2021 – Troy Chemical Company u Troy vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-297/21 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti bijoċidali - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/348 - Approvazzjoni tal-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti intiża sabiex tintuża fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 (preservattivi għall-pellikoli) u 10 (preservattivi tal-bini) - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

    (2021/C 513/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Troy Chemical Company BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi), Troy Corp. (Florham Park, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Abrahams, H. Widemann u L. Gorywoda, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u M. Farley, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/348 tal-25 ta’ Frar 2021 li japprova l-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 u 10 (ĠU 2021 L 68, p. 174), u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kwalunkwe miżura provviżorja li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top