EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0577

Kawża C-577/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ Settembru 2021 – LM u NO vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

ĠU C 513, 20.12.2021, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ Settembru 2021 – LM u NO vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

(Kawża C-577/21)

(2021/C 513/29)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LM u NO

Konvenut: HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta' vetturi bil-mutur (it-Tieni Direttiva dwar il-vetturi bil-mutur) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3) jipprekludi li l-kunċett ta’ “danni fiżiċi” jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-uġigħ u t-tbatija morali ta’ minuri li jirriżultaw mill-mewt tal-ġenitur tiegħu minħabba inċident tat-traffiku fil-każ biss li dan l-uġigħ u din it-tbatija jkunu kkawżaw dannu patoloġiku fuq is-saħħa tal-minuri?

2)

Il-prinċipju li l-qorti nazzjonali għandha tinterpreta d-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea japplika meta l-qorti nazzjonali ma tkunx qiegħda tapplika d-dritt nazzjonali tagħha iżda d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni?


Top