EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0866

Kawża C-866/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – SC vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 52(1)(b) – Ħaddiem li eżerċita attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri – Perijodu minimu meħtieġ mid-dritt nazzjonali għall-kisba ta’ dritt għal pensjoni tal-irtirar – Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni kkompletat taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor – Aggregazzjoni – Kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-irtirar li għandu jitħallas)

ĠU C 513, 20.12.2021, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – SC vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie

(Kawża C-866/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 52(1)(b) - Ħaddiem li eżerċita attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri - Perijodu minimu meħtieġ mid-dritt nazzjonali għall-kisba ta’ dritt għal pensjoni tal-irtirar - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni kkompletat taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor - Aggregazzjoni - Kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-irtirar li għandu jitħallas)

(2021/C 513/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie

Dispożittiv

L-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-limitu li ma għandux jinqabeż mill-perijodi ta’ assigurazzjoni mhux kontributorji meta mqabbla mal-perijodi ta’ assigurazzjoni kontributorji konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha, fil-kalkolu tal-ammont teoretiku tal-benefiċċju previst fil-punt (i) ta’ din id-dispożizzjoni, tieħu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ assigurazzjoni kollha, inklużi dawk ikkompletati taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra, filwaqt li l-kalkolu tal-ammont effettiv tal-benefiċċju previst fil-punt (ii) tal-imsemmija dispożizzjoni għandu jitwettaq fid-dawl biss tal-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


Top