Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/513/12

    Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti Ġenerali

    ĠU C 513, 20.12.2021, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 513/7


    Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti Ġenerali

    (2021/C 513/12)

    Maħtura bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ġunju 2021 (1), għall-perijodu mill-10 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2025, M. Brkan ħadet il-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Lulju 2021.

    Maħtur bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Settembru 2021 (2), għall-perijodu mill-10 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2025, P. Zilgalvis ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-27 ta’ Settembru 2021.

    Maħtura bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2021 (3), għall-perijodu mit-18 ta’ Ottubru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022, K. Kecsmár u I. Gâlea ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-27 ta’ Ottubru 2021.


    (1)  ĠU L 203, 9.6.2021, p. 16.

    (2)  ĠU L 319, 10.9.2021, p. 5.

    (3)  ĠU L 368, 18.10.2021, p. 4.


    Top