EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/513/09

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

ĠU C 513, 20.12.2021, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/3


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2021/C 513/09)

Waqt il-laqgħa ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja l-Imħallfin lill-Awli b’ħames Imħallfin kif ġej:

L-Ewwel Awla

A. Arabadjiev, President tal-Awla,

T. von Danwitz, P. G. Xuereb, A. Kumin u I. Ziemele, Imħallfin

It-Tieni Awla

A. Prechal, Presidenta tal-Awla,

F. Biltgen, N. Wahl, J. Passer u M. l. Arastey Sahún, Imħallfin

It-Tielet Awla

K. Jürimäe, Presidenta tal-Awla,

M. Safjan, N. J. Piçarra, N. Jääskinen u M. Gavalec, Imħallfin

Ir-Raba’ Awla

C. Lycourgos, President tal-Awla,

J-C. Bonichot, S. Rodin, L. S. Rossi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin

Il-Ħames Awla

E. Regan, President tal-Awla,

M. Ilešič, I. Jarukaitis, D. Gratsias u Z. Csehi, Imħallfin

Waqt il-laqgħa ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja l-Imħallfin lill-Awli bi tlett Imħallfin kif ġej:

Is-Sitt Awla

I. Ziemele, Presidenta tal-Awla,

T. von Danwitz, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin

Is-Seba’ Awla

J. Passer, President tal-Awla,

F. Biltgen, N. Wahl u M. l. Arastey Sahún, Imħallfin

It-Tmien Awla

N. Jääskinen, President tal-Awla,

M. Safjan, N. J. Piçarra u M. Gavalec, Imħallfin

Id-Disa’ Awla

S. Rodin, President tal-Awla,

J-C. Bonichot, L. S. Rossi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin

L-Għaxar Awla

I. Jarukaitis, President tal-Awla,

M. Ilešič, D. Gratsias u Z. Csehi, Imħallfin

Waqt il-laqgħa ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, barra minn hekk, li tassenja lill-Viċi President lill-Ewwel Awla u lis-Sitt Awla għall-bżonnijiet tal-kawżi li fihom huwa jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Mħallef relatur u li jkunu ser jintbagħatu mill-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament, quddiem awla b’ħames Imħallfin u quddiem awla bi tlett Imħallfin.

Il-Qorti tal-Ġustizzja barra minn hekk iddeċidiet li tassenja lill-Presidenti tal-Awli b’ħames Imħallfin lil awla bi tlett Imħallfin għall-kawżi kollha li fihom huma jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ Mħallef relatur u li jkunu ser jintbagħatu mill-Qorti tal-Ġustizzja quddiem tali kulleġġ ġudikanti. B’konsegwenza ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tassenja lil A. Arabadjiev lis-Sitt Awla, lil A. Prechal lis-Seba Awla, lil K. Jürimäe lit-Tmien Awla, lil C. Lycourgos lid-Disa’ Awla u lil E. Regan lill-Għaxar Awla.


Top