EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2021/513/02

Teħid ta’ ġurament mill-Membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja

ĠU C 513, 20.12.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/2


Teħid ta’ ġurament mill-Membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2021/C 513/02)

Maħtura bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Frar 2021 (1), tal-21 ta’ April 2021 (2), tat-2 ta’ Ġunju 2021 (3) u tas-7 ta’ Lulju 2021 (4), għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2027, M. Gavalec, O. Spineanu-Matei, D. Gratsias, Z. Csehi u M. L. Arastey Sahún ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.

Maħtura bħala Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ April 2021 2, tas-7 ta’ Lulju 2021 4 u tat-8 ta’ Settembru 2021 (5), għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2027, N. Emiliou, T. Ćapeta u L. Medina ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.

Maħtur bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Settembru 2021 5, għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2024, A. M. Collins ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.


(1)  ĠU L 64, 24.2.2021, p. 4.

(2)  ĠU L 176, 19.5.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 201, 8.6.2021, p. 28.

(4)  ĠU L 243, 9.7.2021, p. 45.

(5)  ĠU L 319, 10.9.2021, p. 4.


Top