This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021AP0104
European Parliament legislative resolution of 25 March 2021 on the draft Council regulation on the calculation of the own resource based on plastic packaging waste that is not recycled, on the methods and procedure for making available that own resource, on the measures to meet cash requirements, and on certain aspects of the own resource based on gross national income (13142/2020 — C9-0018/2021 — 2018/0131(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhuwiex riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dik ir-riżorsa proprja abbażi tal-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva u dwar ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (13142/2020 – C9-0018/2021 – 2018/0131(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhuwiex riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dik ir-riżorsa proprja abbażi tal-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva u dwar ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (13142/2020 – C9-0018/2021 – 2018/0131(NLE))
ĠU C 494, 8.12.2021, pp. 200–203
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 494/200 |
P9_TA(2021)0104
Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat u ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhuwiex riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dik ir-riżorsa proprja abbażi tal-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva u dwar ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (13142/2020 – C9-0018/2021 – 2018/0131(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2021/C 494/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13142/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0018/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (2), b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: it-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020 (3) u dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021 – 2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 – 2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0048/2021), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sostanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 1
Abbozz ta' regolament
Premessa 13
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 2
Abbozz ta' regolament
Premessa 15
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Abbozz ta' regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
|
4. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq rieżami tal-aġġustament ikkomunikat fl-ittra msemmija fil-paragrafu 3 fi żmien xahrejn mill-jum li fih tasal dik l-ittra. Ir-rieżami għandu jiġi konkluż b'deċiżjoni li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur mill-jum tal-wasla tat-talba tal-Istat Membru. Meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni twettaq rieżami tal-ammonti, b'mod sħiħ jew parzjalment, li jikkorrispondu għall-aġġustament ikkomunikat fl-ittra msemmija fil-paragrafu 3, l-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli l-ammont korrispondenti. La t-talba tal-Istat Membru għal rieżami tal-aġġustament u lanqas l-azzjoni għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhom jaffettwaw l-obbligu tal-Istat Membru li jagħmel disponibbli l-ammont korrispondenti għall-aġġustament. |
imħassar |
Emenda 4
Abbozz ta' regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
|
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar il-proċedura għar-rieżami msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(3). |
imħassar |
Emenda 5
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
|
It-tilwim bejn Stat Membru u l-Kummissjoni dwar jekk huwiex il-każ li n-nuqqas allegat imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiġi attribwit għall-Istat Membru għandu jiġi riżolt permezz tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 9(4). |
imħassar |
Emenda 6
Abbozz ta' regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
|
(2) Meta Stat Membru jibda r-rieżami msemmi fl-Artikolu 9(4), l-interessi għandhom jiġu kkalkulati mid-data speċifikata mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 9(3). |
imħassar |
(1) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28).
(2) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(3) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 51.
(4) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 71.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0226.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0449.
(7) Testi adottati, P9_TA(2019)0032.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0124.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0220.