This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021DP0064
European Parliament decision to raise no objections to Commission Delegated Regulation (EU) 2021/95 of 28 January 2021 amending Delegated Regulation (EU) 2020/592 on temporary exceptional measures derogating from certain provisions of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council to address the market disturbance in the fruit and vegetables and wine sectors caused by the COVID-19 pandemic and measures linked to it (C(2021)00368 — 2021/2531(DEA))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/95 tat-28 ta' Jannar 2021 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2020/592 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha (C(2021)00368 – 2021/2531(DEA))

ĠU C 474, 24.11.2021, pp. 169–170
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 474/169 |
P9_TA(2021)0064
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: miżuri biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/95 tat-28 ta' Jannar 2021 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2020/592 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha (C(2021)00368 – 2021/2531(DEA))
(2021/C 474/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/95 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 24 ta' Frar 2021, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) u l-Artikolu 228 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fid-9 ta' Marzu 2021, |
|
A. |
billi, fid-dawl tad-disturb fis-suq eċċezzjonalment sever u tal-akkumulazzjoni ta' ċirkostanzi diffiċli li wieħed jiltaqa' magħhom, fost l-oħrajn, fis-settur tal-inbid, li joriġinaw mill-fatt li, f'Ottubru 2019, l-Istati Uniti imponew tariffi fuq l-importazzjonijiet tal-inbejjed tal-Unjoni, u li issa qed ikomplu bil-konsegwenzi tal-miżuri restrittivi li għaddejjin minħabba l-pandemija dinjija tal-COVID-19, l-operaturi fl-Istati Membri kollha ltaqgħu ma' diffikultajiet eċċezzjonali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' operazzjonijiet taħt programmi ta' appoġġ; |
|
B. |
billi, fid-dawl tan-natura bla preċedent ta' dawk iċ-ċirkostanzi kkombinati, fit-30 ta' April 2020, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 (3) li jipprevedi flessibbiltajiet u jippermetti derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19; |
|
C. |
billi, minkejja l-utilità ta' dawk il-miżuri, is-settur tal-inbid ma rnexxilux jerġa' jikseb il-bilanċ tiegħu bejn il-provvista u d-domanda u mhuwiex mistenni li jirkuprah fiż-żmien qasir jew medju minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa; |
|
D. |
billi, minħabba li l-pandemija tal-COVID-19 hija mistennija li tkompli matul parti konsiderevoli tas-sena finanzjarja 2021, il-Kummissjoni pproponiet fir-Regolament delegat (UE) 2021/95 li testendi l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament delegat (UE) 2020/592 sal-15 ta' Ottubru 2021; |
|
E. |
billi l-implimentazzjoni rapida ta' dawk il-flessibbiltajiet u d-derogi kontinwi hija essenzjali għall-effettività u l-effikaċja tagħhom biex jindirizzaw id-diffikultajiet fit-tħaddim tal-programmi ta' appoġġ, jevitaw telf ekonomiku ulterjuri u jindirizzaw is-sitwazzjoni u t-tfixkil fis-suq tas-settur tal-inbid; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat (UE) 2021/95 |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 31, 29.1.2021, p. 198.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(3) Ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 tat-30 ta' April 2020 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha (ĠU L 140, 4.5.2020, p. 6).