This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10375
Prior notification of a concentration (Case M.10375 — ArcelorMittal/Condesa Tubos) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 392/03
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10375 — ArcelorMittal/Condesa Tubos) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 392/03
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10375 — ArcelorMittal/Condesa Tubos) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 392/03
PUB/2021/744
ĠU C 392, 28.9.2021, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/3 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10375 — ArcelorMittal/Condesa Tubos)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 392/03)
1.
Fit-13 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
ArcelorMittal Aceralia Basque Holding, S.L. (“ArcelorMittal”, Spanja), sussidjarja ta’ ArcelorMittal, S.A. (“il-Grupp ArcelorMittal’, il-Lussemburgu”) |
— |
Condesa Tubos, S.L. (“Condesa Tubos”, Spanja). |
ArcelorMittal takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ Condesa Tubos.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
għal ArcelorMittal u l-Grupp ArcelorMittal: it-tħaffir fil-minjieri, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ diversi prodotti tal-azzar lill-industriji tal-karozzi, tal-kostruzzjoni, tal-enerġija, tal-imballaġġ, tal-apparat, u tal-minjieri u tal-prodotti sekondarji. |
— |
għal Condesa Tubos: il-manifattura ta’ tipi differenti ta’ tubi tal-azzar tal-karbonju wweldjati żgħar fi tliet siti fi Spanja u sit wieħed fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10375 — ArcelorMittal/Condesa Tubos
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).