Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62020TA0562

Kawża T-562/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Upper Echelon Products vs EUIPO (Everlasting Comfort) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali Everlasting Comfort – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 368, 13.9.2021, p. 21-22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Upper Echelon Products vs EUIPO (Everlasting Comfort)

(Kawża T-562/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali Everlasting Comfort - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 368/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Upper Echelon Products LLC (Austin, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Izquierdo Blanco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2020 (Każ R 952/2020-1), dwar ir-reġistrazzjoni li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali Everlasting Comfort.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Upper Echelon Products LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 3.11.2020.


Haut