Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 62021CN0399
Case C-399/21: Request for a preliminary ruling from the Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (Sweden) lodged on 28 June 2021 — IRnova AB v FLIR Systems AB
Kawża C-399/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Ġunju 2021 – IRnova AB vs FLIR Systems AB
Kawża C-399/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Ġunju 2021 – IRnova AB vs FLIR Systems AB
ĠU C 368, 13.9.2021, pp. 10-11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
13.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Ġunju 2021 – IRnova AB vs FLIR Systems AB
(Kawża C-399/21)
(2021/C 368/08)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IRnova AB
Konvenut: FLIR Systems AB
Domanda preliminari
Azzjoni li hija intiża tikseb konstatazzjoni ta’ rikonoxximent ta’ dritt ikbar fir-rigward ta’ invenzjoni, fuq il-bażi tal-kwalità ta’ inventur jew ta’ koinventur skont applikazzjonijiet ta’ privattiva nazzjonali u ta’ privattivi rreġistrati fi Stat terz, hija suġġetta għal ġurisdizzjoni esklużiva għall-finijiet tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament (EU) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?