This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0379
Case C-379/21: Request for a preliminary ruling from the Sofiyski rayonen sad (Bulgaria) lodged on 17 June 2021 — TBI Bank EAD
Kawża C-379/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – TBI Bank EAD
Kawża C-379/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – TBI Bank EAD
ĠU C 368, 13.9.2021, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
13.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – TBI Bank EAD
(Kawża C-379/21)
(2021/C 368/04)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski rayonen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: TBI Bank EAD
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi proċeduri li fihom id-debitur ma jipparteċipax sal-ħruġ ta’ ordni ġudizzjarja ta’ ħlas immedjat, il-qorti nazzjonali hija meħtieġa teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali u twarrab l-applikazzjoni tagħha, inkluż meta jkollha biss suspett li din il-klawżola hija inġusta? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-qorti nazzjonali hija meħtieġa tirrifjuta kompletament li tagħti deċiżjoni ġudizzjarja li tordna ħlas immedjat f’sitwazzjoni fejn parti biss mill-pretensjonijiet magħmula jkunu bbażati fuq klawżola kuntrattwali probabbilment inġusta li minnha jirriżulta l-ammont tal-krediti, u dan anki meta, fil-proċeduri li fihom id-debitur ma jipparteċipax sal-ħruġ ta’ ordni ġudizzjarja ta’ ħlas immedjat, ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit l-ammont konkret ta’ kull wieħed mill-elementi li jikkostitwixxu l-kreditu li jkun ibbażat fuq klawżoli li fir-rigward tagħhom ma jkunx hemm suspett li huma inġusti? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: il-qorti nazzjonali hija meħtieġa tirrifjuta parzjalment li tagħti deċiżjoni ġudizzjarja li tordna ħlas, fir-rigward tal-parti tal-pretensjonijiet li jkunu bbażati fuq klawżola kuntrattwali inġusta? |
|
4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda: il-qorti nazzjonali hija meħtieġa – u jekk iva, f’liema kundizzjonijiet – tislet ex officio l-konsegwenzi li joħorġu min-natura inġusta ta’ klawżola meta jkollha informazzjoni li tindika li din il-klawżola tat lok għal ħlas u, b’mod partikolari, tpaċi dan il-ħlas ma’ krediti oħra mhux imħallsa li joħorġu mill-kuntratt, kif tipprevedi l-liġi nazzjonali f’każijiet simili oħra? |
|
5) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni sar-raba’ domanda: il-qorti nazzjonali hija marbuta mill-istruzzjonijiet maħruġa minn istanza superjuri, li skont il-liġi nazzjonali huma vinkolanti għaliha iżda li ma jikkunsidrawx il-konsegwenzi tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali fil-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumaturi? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.