Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0333

    Kawża T-333/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/38


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-333/21)

    (2021/C 310/51)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: F. C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating u I. G. Metaxas Maranghidis, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-29 ta’ Diċemrbu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59188 (2020/NN) – L-Italja – Alitalia COVID-19 Damage Compensation II (1); u

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u ksur tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE mill-konvenuta billi eżaminat l-għajnuna bħala kwistjoni ta’ prijorità u ffriżat l-investigazzjoni tal-għajnuna illegali għas-salvataġġ mogħtija lil Alitalia fl-2017 u fl-2019.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta applikat ħażin l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-eżami tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna fir-rigward tad-danni kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew li rregolaw il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni Ewropea sa mill-aħħar tat-tmeninijiet (jiġifieri n-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – applikati għat-trasport bl-ajru bir-Regolament Nru 1008/2008 (2) – u l-libertà ta’ stabbiliment).

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tibda proċedura ta’ eżami uffiċjali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tosserva l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni.


    (1)  ĠU 2021, C 134, p. 2.

    (2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2008, L 293, p. 3).


    Top