Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0332

    Kawża T-332/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2021 – Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/37


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2021 – Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-332/21)

    (2021/C 310/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: E. Vahida, S. Rating u I. G. Metaxas Maranghidis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, tat-2 ta’ Ottubru 2020, dwar Għajnuna mill-Istat SA.56810 (2020/N) – ir-Rumanija – COVID-19: Għajnuna lil TAROM (1); u

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta applikat ħażin l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u li wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-eżami tal-proporzjonalità tal-għajnuna fir-rigward tad-dannu kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew li rregolaw il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni Ewropea sa mill-aħħar tat-tmeninijiet (jiġifieri n-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, applikati għat-trasport bl-ajru bir-Regolament Nru 1008/2008 (2), u l-libertà ta’ stabbiliment)

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ma nidietx proċedura ta’ investigazzjoni uffiċjali minkejja diffikultajiet serji u injorat id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset mill-obbligu tagħha li tagħti l-motivi tad-deċiżjoni tagħha.


    (1)  ĠU 2021, C 94, p. 1.

    (2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).


    Top