Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0423

    Kawża T-423/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT9 – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Pubbliku relevanti – Livell ta’ attenzjoni – Rikors manifestament fondat”)

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/31


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9)

    (Kawża T-423/20) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT9 - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Pubbliku relevanti - Livell ta’ attenzjoni - Rikors manifestament fondat”)

    (2021/C 310/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u M. Maier, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1610/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sony Interactive Entertainment Europe u Huawei Technologies.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1610/2019-4) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Sony Interactive Entertainment Europe Ltd.


    (1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


    Top