EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0487

Kawża T-487/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Rezon vs EUIPO (imot.bg) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva imot.bg – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Deċiżjoni parzjalment konfermatorja”)

ĠU C 310, 2.8.2021, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Rezon vs EUIPO (imot.bg)

(Kawża T-487/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva imot.bg - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Deċiżjoni parzjalment konfermatorja”)

(2021/C 310/34)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Yordanova-Harizanova, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u P. Angelova Georgieva, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2270/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiva imot.bg bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rezon OOD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


Top