EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0187

Kawża T-187/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampa tal-mejda) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta lampa tal-mejda – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

ĠU C 310, 2.8.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampa tal-mejda)

(Kawża T-187/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta lampa tal-mejda - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2021/C 310/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Davide Groppi Srl (Piacenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Capra u V. Malerba, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Viabizzuno Srl (Bentivoglio, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2020 (Każ R 126/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Viabizzuno u Davide Groppi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Davide Groppi Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


Top