EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0678

Kawża T-678/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Health Product Group vs EUIPO – Bioline Pharmaceutical (Enterosgel) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva Enterosgel – Assenza ta’ mala fide – Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/49 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 310, 2.8.2021, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Health Product Group vs EUIPO – Bioline Pharmaceutical (Enterosgel)

(Kawża T-678/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Enterosgel - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/49 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 310/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Health Product Group sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Kondrat, M. Stępień u A. Przytuła, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bioline Pharmaceutical AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Grucelski, H. Gajek u M. Furmańska, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 482/2018-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Health Product Group u Bioline Pharmaceutical.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Health Product Group sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


Top