Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0316

Kawża T-316/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol – Mard ikkaġunat mix-xogħol – Artikolu 9 – Talba għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi – Artikolu 23 – Konsultazzjoni ma’ tabib ieħor – Rifjut ta’ riferiment lill-Kumitat Mediku abbażi tal-Artikolu 22 – Assenza ta’ applikazzjoni, b’analoġija, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) – Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment – Applikazzjoni tal-liġi ratione temporis”)

ĠU C 310, 2.8.2021, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikolu 9 - Talba għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi - Artikolu 23 - Konsultazzjoni ma’ tabib ieħor - Rifjut ta’ riferiment lill-Kumitat Mediku abbażi tal-Artikolu 22 - Assenza ta’ applikazzjoni, b’analoġija, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Applikazzjoni tal-liġi ratione temporis”)

(2021/C 310/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Arnaldo Lucaccioni (San Benedetto del Tronto, l-Italja) (rappreżentant: E. Bonanni, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2018 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent tat-23 ta’ Marzu u tat-8 ta’ Ġunju 2018 għal riferiment lill-Kumitat Mediku skont l-Artikolu 22 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kontra r-riskju ta’ inċidenti u ta’ mard fuq il-post tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament issubixxa minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arnaldo Lucaccioni huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019.


Top