Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0307

Kawża C-307/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kleve (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2021 – AB et vs Ryanair DAC

ĠU C 310, 2.8.2021, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kleve (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2021 – AB et vs Ryanair DAC

(Kawża C-307/21)

(2021/C 310/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Kleve

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB et

Konvenut: Ryanair DAC

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira meta l-passiġġier ma kienx ġie informat b’dan mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat, inkluż meta dan it-trasportatur tal-ajru jkun bagħat l-informazzjoni fil-ħin qabel l-iskadenza ta’ ġimgħatejn lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu fil-kuntest tar-reżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li r-reżervazzjoni kienet twettqet permezz ta’ aġent jew permezz tal-pjattaforma online tiegħu, u li l-indirizz elettroniku kkomunikat mill-pjattaforma ta’ reżervazzjoni kien jippermetti l-iktar li jiġi kkuntattjat l-aġent, iżda mhux il-passiġġier direttament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


Top