Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CB0641

    Kawża C-641/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – VT vs Centre public d’action sociale de Liège (CPAS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Direttiva 2008/115/KE – Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali – Deċiżjoni ta’ ritorn – Rimedju ġudizzjarju – Dritt proviżorju ta’ residenza temporanju u dritt għall-assistenza soċjali matul il-perjodu li fih l-appell huwa pendenti)

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – VT vs Centre public d’action sociale de Liège (CPAS)

    (Kawża C-641/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali - Deċiżjoni ta’ ritorn - Rimedju ġudizzjarju - Dritt proviżorju ta’ residenza temporanju u dritt għall-assistenza soċjali matul il-perjodu li fih l-appell huwa pendenti)

    (2021/C 310/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal du travail de Liège

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: VT

    Konvenut: Centre public d’action sociale de Liège (CPAS)

    Dispożittiv

    L-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 14(1)(b) ta’ dik id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix effett sospensiv ipso jure lill-azzjoni mressqa minn ċittadin ta’ pajjiż terz kontra deċiżjoni ta’ ritorn, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, li għalih kien suġġett wara l-irtirar, mill-awtorità kompetenti, tal-istatus ta’ refuġjat tiegħu, skont l-Artikolu 11 tad- Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u korrispondentement, dritt proviżorju ta’ residenza u tipprovdih bil-bżonnijiet bażiċi tagħhom sakemm tittieħed deċiżjoni dwar din l-azzjoni, fil-każ eċċezzjonali fejn dan iċ-ċittadin, li jbati minn marda serja, bħala konsegwenza tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, jista’ jkun espost għal riskju serju u irreversibbli ta’ deterjorament tal-istat ta’ saħħa tiegħu. F'dan il-kuntest, il-qorti nazzjonali, adita b’tilwima li l-eżitu tagħha huwa marbut ma’ sospensjoni possibbli tal-effetti tad-deċiżjoni ta’ ritorn, għandha tikkunsidra li r-azzjoni mressqa kontra din id-deċiżjoni għandu ipso jure effett sospensiv, peress li din l-azzjoni fiha argumentazzjoni, li ma tidhirx manifestament infondata, intiża li tistabbilixxi li l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tesponi liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għal riskju serju ta’ deterjorament graviu u irreversibbli tas-saħħa tal-istat ta’ saħħa tiegħu.


    (1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


    Top