Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 62021TN0335

Kawża T-335/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2021 – PJ vs EIT

ĠU C 310, 2.8.2021, p. 39—39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2021 – PJ vs EIT

(Kawża T-335/21)

(2021/C 310/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PJ (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Ottubru 2020 tad-Direttur Eżekuttiv li abbażi tagħha ġie rrifjutat lilu l-benefiċċju tat-telexogħol mill-post tal-oriġini tiegħu;

sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 tad-Direttur Eżekuttiv li tiċħad l-ilment tar-rikorrent ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2020;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ imparzjalità, ta’ oġġettività u ta’ newtralità tal-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ u fuq l-adozzjoni tar-regoli interni minn awtorità inkompetenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli interni u fuq l-interpretazzjoni arbitrarja u irraġonevoli tagħhom, kif ukoll fuq l-assenza ta’ prevedibbiltà u ta’ ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura, tan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi kemm tal-istituzzjoni kif ukoll tar-rikorrent u fuq l-isproporzjonalità tad-deċiżjoni fir-rigward tal-interess reali tal-istituzzjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) kif ukoll tad-dritt għal bilanċ bejn il-ħajja privata u l-ħajja professjonali stabbilit fl-Artikolu 33 tal-Karta.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt effettiv għal impjieg u għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ avveniment ta’ forza maġġuri.


Į viršų