This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10285
Withdrawal of notification of a concentration (Case M.10285 — UIR/Hines/Assets) (Text with EEA relevance) 2021/C 269/01
Irtirar ta’ avviz ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10285 — UIR/Hines/Assets) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 269/01
Irtirar ta’ avviz ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10285 — UIR/Hines/Assets) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 269/01
PUB/2021/552
ĠU C 269, 7.7.2021, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/1 |
Irtirar ta’ avviz ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10285 — UIR/Hines/Assets)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 269/01)
Fl-24 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Union Investment Real Estate GmbH (“UIR”, il-Ġermanja), sussidjarja ta’ DZ Bank AG, |
|
— |
Hines Media Works Associate LLC (“Hines”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata minn Jeffrey C. Hines, |
|
— |
L-assi tal-proprjetà immobbli fil-mira (l-“Assets”, il-Ġermanja). |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
— |
UIR: kumpanija ta’ ġestjoni tal-investiment għal fondi miftuħa ta’ proprjetà immobbli għal investituri privati u istituzzjonali li jinkludu proprjetajiet ta’ ħwienet, proprjetajiet loġistiċi, proprjetajiet tal-uffiċċju, proprjetajiet tal-lukandi, kif ukoll investiment anċillari fi proprjetajiet residenzjali. Għandha preżenza fl-ibliet Ġermaniżi ewlenin kollha (Frankfurt, Düsseldorf, Hamburg, München) kif ukoll fl-Awstrija, il-Polonja, in-Netherlands, l-Irlanda, it-Turkija, Singapore u l-Istati Uniti tal-Amerka, |
|
— |
Hines: ditta Amerikana ta’ investiment, żvilupp u ġestjoni immobiljari li tinvesti f’kull tip ta’ proprjetà u li hija attiva madwar id-dinja, inkluż fl-Amerka ta’ Fuq u t’Isfel, fl-Ewropa u fl-APAC, |
|
— |
l-Assets: proprjetajiet immobiljari li jinsabu fil-parti tal-Lvant ta’ Munich, il-Ġermanja. Il-proprjetajiet jinkludu bini ta’ uffiċċji kif ukoll garaxx tal-parkeġġ fuq l-art. |
Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li kienu rtiraw l-avviż tagħhom.