This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021C0614(01)
Statement by the European Parliament on the suspension of assistance granted under the external financing instruments 2021/C 226 I/01
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija fl-ambitu tal-istrumenti finanzjarji esterni 2021/C 226 I/01
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija fl-ambitu tal-istrumenti finanzjarji esterni 2021/C 226 I/01
ĠU C 226I, 14.6.2021, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
14.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 226/1 |
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija fl-ambitu tal-istrumenti finanzjarji esterni
(2021/C 226 I/01)
Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) 2021/947 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali fih referenza ġenerali dwar il-possibbiltà li l-assistenza tiġi sospiża mingħajr ma tiġi speċifikata l-bażi konkreta għal tali deċiżjoni. Tali sospensjoni ta’ assistenza għandha tiġi implimentata fejn pajjiż sieħeb jonqos b’mod persistenti milli josserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt jew il-governanza tajba, jew ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew għal standards ta’ sikurezza nukleari rikonoxxuti fuq livell internazzjonali.
Madankollu, il-Parlament Ewropew jinnota li, għall-kuntrarju ta’ oqsma ġeografiċi oħra ta’ kooperazzjoni, dispożizzjonijiet speċifiċi għaż-żona tal-Viċinat, b’mod partikolari l-Artikolu 20(2), jipprevedu appoġġ akbar għas-soċjetà ċivili, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi, il-kuntatti bejn il-persuni, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, appoġġ għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem jew miżuri ta’ appoġġ relatati mal-kriżi, fil-każ ta’ degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-istat tad-dritt, jew riskju akbar ta’ kunflitt. Il-Parlament Ewropew iqis li tali appoġġ akbar għall-oqsma msemmija hawn fuq għandu jiġi pprovdut jekk tali degradazzjoni sseħħ ukoll f’pajjiżi barra miż-żona tal-Viċinat, u jfakkar li b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) jipprevedi li l-azzjonijiet implimentati permezz ta’ programmi tematiċi jistgħu jitwettqu wkoll fejn il-programm ġeografiku jkun ġie sospiż.
Il-Parlament Ewropew iqis li kull sospensjoni ta’ assistenza fl-ambitu ta’ dawn l-istrumenti timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu f’dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.