Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10182

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10182 — SADCO/COGNITE/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 143/06

PUB/2021/308

ĠU C 143, 23.4.2021, pp. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10182 — SADCO/COGNITE/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 143/06)

1.   

Fil-15 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Saudi Aramco Development Company (“SADCO”, l-Arabja Sawdija),

Cognite AS (“Cognite”, in-Norveġja)

SADCO u Cognite jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija bħala impriża bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida (l-Arabja Sawdija).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SADCO: sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ Saudi Arabian Oil Company (“Aramco”), involuta primarjament fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt mhux maħdum u fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti raffinati u petrokimiċi;

Cognite: fornitur tas-software Norveġiż li joffri servizzi tad-data u servizzi ta’ intelliġenza artifiċjali industrijali;

għall-kumpanija ta’ impriża bi sħab li għadha kif inħolqot: se tinvolvi ruħha fil-bejgħ ta’ servizzi ta’ trasformazzjoni diġitali kif ukoll ta’ prodotti cloud u s-servizzi professjonali relatati tagħhom fl-Arabja Sawdija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10182 — SADCO/Cognite/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top