Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 62021TN0110
Case T-110/21: Action brought on 19 February 2021 — Kampete v Council
Kawża T-110/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Kampete vs Il-Kunsill
Kawża T-110/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Kampete vs Il-Kunsill
ĠU C 128, 12.4.2021, S. 47-48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/47 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Kampete vs Il-Kunsill
(Kawża T-110/21)
(2021/C 128/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinshasa, Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 1 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 1 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokat fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.