Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0655

Kawża C-655/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Sibiu, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov vs LN (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2 – Artikolu 9 – Kunċetti ta’ “attività ekonomika” u ta’ “persuna taxxabbli” – Tranżazzjonijiet intiżi li jieħdu minn proprjetà dħul li għandu natura permanenti – Akkwist minn kreditur ta’ proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata mibdija bl-għan tal-irkupru ta’ self kopert b’garanziji ipotekarji u bejgħ ta’ din il-proprjetà immobbli – Sempliċi eżerċizzju tad-dritt ta’ proprjetà mid-detentur tiegħu)

ĠU C 79, 8.3.2021, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Sibiu, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov vs LN

(Kawża C-655/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2 - Artikolu 9 - Kunċetti ta’ “attività ekonomika” u ta’ “persuna taxxabbli” - Tranżazzjonijiet intiżi li jieħdu minn proprjetà dħul li għandu natura permanenti - Akkwist minn kreditur ta’ proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata mibdija bl-għan tal-irkupru ta’ self kopert b’garanziji ipotekarji u bejgħ ta’ din il-proprjetà immobbli - Sempliċi eżerċizzju tad-dritt ta’ proprjetà mid-detentur tiegħu)

(2021/C 79/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Sibiu, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov

Konvenut: LN

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tranżazzjoni li permezz tagħha persuna tiġi aġġudikata proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata mibdija bl-għan tal-irkupru ta’ self mogħti preċedentement u, sussegwentement, tipproċedi għall-bejgħ ta’ din il-proprjetà immobbli ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, attività ekonomika meta din it-tranżazzjoni taqa’ taħt is-sempliċi eżerċizzju tad-dritt ta’ proprjetà, kif ukoll tal-ġestjoni tajba tal-assi privati, b’tali mod li l-imsemmija persuna ma tistax, taħt l-imsemmija tranżazzjoni, titqies bħala persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


Top