Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62019CA0255
Case C-255/19: Judgment of the Court (Second Chamber) of 20 January 2021 (request for a preliminary ruling from the Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London, United Kingdom) — Secretary of State for the Home Department v OA (Reference for a preliminary ruling — Directive 2004/83/EC — Minimum standards for granting refugee status or subsidiary protection status — Refugee status — Article 2(c) — Cessation of refugee status — Article 11 — Change in circumstances — Article 11(1)(e) — Possibility of availing oneself of the protection of the country of origin — Criteria for assessment — Article 7(2) — Financial and social support — Irrelevant)
Kawża C-255/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London – Ir-Renju Unit) – Secretary of State for the Home Department vs O A (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/83/KE – Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja – Kwalità ta’ refuġjat – Artikolu 2(ċ) – Waqfien tal-istatus ta’ refuġjat – Artikolu 11 – Bidla fiċ-ċirkustanzi – Artikolu 11(1)(e) – Possibbiltà li tintalab il-protezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Artikolu 7(2) – Sostenn finanzjarju u soċjali – Assenza ta’ rilevanza)

ĠU C 79, 8.3.2021, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London – Ir-Renju Unit) – Secretary of State for the Home Department vs O A
(Kawża C-255/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Kwalità ta’ refuġjat - Artikolu 2(ċ) - Waqfien tal-istatus ta’ refuġjat - Artikolu 11 - Bidla fiċ-ċirkustanzi - Artikolu 11(1)(e) - Possibbiltà li tintalab il-protezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Artikolu 7(2) - Sostenn finanzjarju u soċjali - Assenza ta’ rilevanza)
(2021/C 79/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for the Home Department
Konvenut: O A
fil-preżenza ta’: Il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR),
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [istatus] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“protezzjoni” indikata f’din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-waqfien tal-istatus ta’ refuġjat għandha tissodisfa l-istess rekwiżiti bħal dawk li jirriżultaw, fir-rigward tal-għoti ta’ dan l-istatus, mill-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) u (2) tagħha. |
|
2) |
L-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li eventwali sostenn soċjali u finanzjarja żgurat minn atturi privati, bħall-familja jew il-klann taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet u ma huwiex, konsegwentement, rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-effettività jew tad-disponibbiltà tal-protezzjoni żgurata mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva jew għall-finijiet tad-determinazzjoni, skont l-Artikolu 11(1)(e) tal-imsemmija direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(ċ) tagħha, tal-persistenza ta’ biża fondata ta’ persekuzzjoni. |