Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC0305(26)

It-tifqigħa tal-COVID-19 (Ir-Regolament (UE) 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, il-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport u l-estensjoni ta’ ċerti perjodi msemmija fir-Regolament (UE) 2020/698 (ĠU L 60, 22.2.2021, p. 1.)) 2021/C 76 I/23

PUB/2021/204

ĠU C 76I, 5.3.2021, pp. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 76/37


It-tifqigħa tal-COVID-19

(Ir-Regolament (UE) 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, il-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport u l-estensjoni ta’ ċerti perjodi msemmija fir-Regolament (UE) 2020/698 (1))

(2021/C 76 I/23)

Ir-Rumanija

Data tal-Informazzjoni lill-Kummissjoni: 2.3.2021

Ir-Rumanija ddeċidiet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ma għandhiex tapplika d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

L-Artikolu 4(1) rigward l-ispezzjonijiet regolari tat-takografi fit-trasport bit-triq skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 (2);

L-Artikolu 4(2) rigward it-tiġdid tal-kards tat-takografi skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014;

L-Artikolu 4(3) rigward is-sostituzzjoni tal-kards tat-takografi skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014;

L-Artikolu 5(1) rigward il-limiti ta’ żmien għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom skont id-Direttiva 2014/45/UE (3);

L-Artikolu 5(2) rigward il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE;

L-Artikolu 7(1) rigward il-validità tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (4);

L-Artikolu 7(2) rigward il-validità tal-attestazzjoni tas-sewwieq skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009;

L-Artikolu 8(1) rigward il-validità tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (5);

L-Artikolu 11(2) rigward il-perjodi ta’ żmien għat-tlestija tal-kontrolli perjodiċi tas-sewwieqa tal-ferroviji skont id-Direttiva 2007/59/KE esklussivament fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-tlestija tal-kontrolli mediċi perjodiċi msemmija fl-Artikolu 16(1) u fl-Anness II tad-Direttiva 2007/59/KE (6);

L-Artikolu 14(1) rigward il-limiti ta’ żmien għat-twettiq ta’ eżamijiet mediċi skont id-Direttiva 96/50/KE (7);

L-Artikolu 15(1) rigward il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont id-Direttiva (UE) 2016/1629 (8);

L-Artikolu 15(2) rigward il-validità tad-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1629 u maħruġa skont id-Direttiva 2006/87/KE (9);

L-Artikolu 16(1) rigward il-limiti ta’ żmien għat-twettiq tar-reviżjoni minn żmien għal żmien tal-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-portijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 (10);

L-Artikolu 16(2) rigward il-limiti ta’ żmien ta’ 18-il xahar għat-twettiq tad-diversi tipi ta’ eżerċizzji skont ir-Regolament (KE) Nru 725/2004;

L-Artikolu 17(1) rigward il-limiti ta’ żmien għat-twettiq tar-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-portijiet u l-pjanijiet għas-sigurtà tal-portijiet skont id-Direttiva 2005/65/KE (11);

L-Artikolu 17(2) dwar il-perjodi ta’ żmien ta’ 18-il xahar għat-tlestija tal-eżerċizzji ta’ taħriġ skont id-Direttiva 2005/65/KE.


(1)  ĠU L 60, 22.2.2021, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

(6)  Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118).

(9)  Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).

(11)  Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).


Top