EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0249

Kawża T-249/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Casino, Guichard-Perrachon u AMC vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Dritt għal rimedju effettiv – Opportunitajiet ugwali għall-partijiet – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Indizji suffiċjentement serji – Proporzjonalità”)

ĠU C 414, 30.11.2020, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Casino, Guichard-Perrachon u AMC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-249/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Dritt għal rimedju effettiv - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju - Indizji suffiċjentement serji - Proporzjonalità”)

(2020/C 414/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Casino, Guichard-Perrachon (Saint-Étienne, Franza) u Achats Marchandises Casino SAS (AMC), li kienet EMC Distribution (Vitry-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: D. Théophile, I. Simic, O. de Juvigny, T. Reymond, A. Sunderland u G. Aubron, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, A. Dawes u I. Rogalski, aġenti, assistiti minn F. Ninane, avukat)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, S. Petrova u O. Segnana, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1054 final, tad-9 ta’ Frar 2017, li tordna lil Casino, Guichard-Perchon kif ukoll lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni konformement mal-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ AT.40466 – Tute 1).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)1054 final tad-9 ta’ Frar 2017, li tordna lil Casino, Guichard-Perrachon kif ukoll lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni konformement mal-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ AT.40466 – Tute 1), hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Casino, Guichard-Perrachon u Achats Marchandises Casino SAS (AMC), il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


Top