EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0381(01)

Kawża T-381/15 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – IMG vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kooperazzjoni għall-iżvilupp – Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ ġestjoni indiretta – Deċiżjoni li tissospendi l-possibbiltà għar-rikorrenti li tikkonkludi mal-Kummissjoni ftehimiet ġodda ta’ ġestjoni indiretta – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Talba għal ordni – Tardività – Bidla fin-natura tal-kumpens mitlub – Inammissibbiltà”)

ĠU C 414, 30.11.2020, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/15 RENV) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kooperazzjoni għall-iżvilupp - Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ ġestjoni indiretta - Deċiżjoni li tissospendi l-possibbiltà għar-rikorrenti li tikkonkludi mal-Kummissjoni ftehimiet ġodda ta’ ġestjoni indiretta - Illegalità - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Talba għal ordni - Tardività - Bidla fin-natura tal-kumpens mitlub - Inammissibbiltà”)

(2020/C 414/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: International Management Group (IMG) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u J.-Y. de Cara, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u J. Norris, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, inkluża fl-ittra tagħha tat-8 ta’ Mejju 2015, li ma tikkonkludix magħha ftehimiet ġodda ta’ ġestjoni indiretta “sakemm ikun hemm ċertezza assoluta dwar l-istatus [tagħha] ta’ organizzazzjoni internazzjonali”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors għad-danni huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


Top