Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0149

Kawża T-149/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – Arkéa Direct Bank et vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kontribuzzjoni għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew għall-fond uniku ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ impenji ta’ pagament irrevokabbli – Kompiti kkonferiti lill-BĊE – Setgħat superviżorji speċifiċi tal-BĊE – Artikolu 4(1)(f) u Artikolu 16(1)(c) u (2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Miżura li timponi t-tnaqqis tal-ammont akkumulat tal-bilanċi tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli mill-ekwità komuni ta’ grad 1 – Assenza ta’ eżami individwali”)

ĠU C 399, 23.11.2020, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – Arkéa Direct Bank et vs BĊE

(Kawża T-149/18) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kontribuzzjoni għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jew għall-fond uniku ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ impenji ta’ pagament irrevokabbli - Kompiti kkonferiti lill-BĊE - Setgħat superviżorji speċifiċi tal-BĊE - Artikolu 4(1)(f) u Artikolu 16(1)(c) u (2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Miżura li timponi t-tnaqqis tal-ammont akkumulat tal-bilanċi tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli mill-ekwità komuni ta’ grad 1 - Assenza ta’ eżami individwali”)

(2020/C 399/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Arkéa Direct Bank (Puteaux, Franza) u d-9 rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, R. Bax u F. Bonnard, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, minn naħa, tad-deċiżjoni ECB/SSM/2017-9695000CG7B84NLR5984/207 tal-BĊE tad-19 ta’ Diċembru 2017, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni ECB-SSM-2019-FRCMU-4 tal-BĊE tal-14 ta’ Frar 2019.

Dispożittiv

1)

Il-punt 8 tad-deċiżjoni ECB/SSM/2017-9695000CG7B84NLR5984/207 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tad-19 ta’ Diċembru 2017, u l-punt 5 tad-deċiżjoni ECB-SSM-2019-FRCMU-4 tal-BĊE tal-14 ta’ Frar 2019 huma annullati.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


Top