This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0344
Case C-344/20: Request for a preliminary ruling from the Tribunal du travail francophone de Bruxelles (Belgium) lodged on 27 July 2020 — L.F. v S.C.R.L.
Kawża C-344/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2020 – L.F. vs S.C.R.L.
Kawża C-344/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2020 – L.F. vs S.C.R.L.
ĠU C 339, 12.10.2020, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail francophone de Bruxelles (il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2020 – L.F. vs S.C.R.L.
(Kawża C-344/20)
(2020/C 339/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail francophone de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L.F.
Konvenuta: S.C.R.L.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reliġjon u t-twemmin huma żewġ aspetti tal-istess kriterju protett jew, bil-kontra, fis-sens li r-reliġjon u t-twemmin jifformaw kriterji distinti billi, minn naħa, dak tar-reliġjon, jinkludi t-twemmin li huwa marbut miegħu u, min-naħa l-oħra, dak tat-twemmin ikun liema jkun? |
|
2) |
Fil-possibbiltà fejn l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reliġjon u t-twemmin huma żewġ aspetti tal-istess kriterju protett, dan jostakola li, fuq il-bażi tal-Artikolu 8 tal-istess direttiva u sabiex tipprevjeni tnaqqis tal-livell ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, il-qorti nazzjonali tkompli tinterpreta regola tad-dritt intern bħala dik tal-Artikolu 4(4) tal-Liġi tal-10.5.2007 intiża li tiġġieled kontra ċerti forom ta’ diskriminazzjoni, fis-sens li t-twemmin reliġjuż, filosofiku u politiku jikkostitwixxu kriterji protetti distinti? |
|
3) |
L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78 jista’ jiġi interpretat fis-sens li r-regola inkluża fir-regolament tax-xogħol ta’ impriża li tipprojbixxi lill-ħaddiema milli “jimmanifestaw bi kwalunkwe mod, la bi kliem, u lanqas b’ilbies, la b’mod ieħor, it-twemmin reliġjuż, filosofiku jew politiku tagħhom, ikunu liema jkunu” tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta, meta l-implimentazzjoni konkreta ta’ din ir-regola interna turi li:
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.