EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M8900

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Jannar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8900 Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall Relatur: L-Irlanda (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 325/10

C/2019/922

ĠU C 325, 2.10.2020, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Jannar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8900 Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall

Relatur: L-Irlanda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 325/10)

Operazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Suq tal-prodotti

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti kif ġie ddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ din l-operazzjoni, b’mod partikolari:

a.

il-forniment ta’ billetti u kejkijiet, id-distinzjoni bejn billetti u kejkijiet li jitħallew miftuħa;

b.

il-forniment ta’ strixxa llaminata minn qabel;

c.

il-forniment ta’ prodotti llaminati, b’differenzazzjoni sinifikanti bejn il-parti tal-livell għoli tas-suq u l-parti baxxa tas-suq

Suq Ġeografiku

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti kif ġie ddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni, b’mod partikolari:

a.

Is-swieq rilevanti għall-forniment ta’ billetti jew kejkijiet huma mifruxa maż-ŻEE fl-ambitu;

b.

Is-suq rilevanti għall-forniment ta’ strixxa llaminata minn qabel huwa mifrux maż-ŻEE fl-ambitu;

c.

Is-suq rilevanti għall-forniment ta’ prodotti llaminati huwa mifrux maż-ŻEE fl-ambitu.

Valutazzjoni Kompetittiva

Effetti orizzontali mhux koordinati

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effetti orizzontali mhux koordinati, jiġifieri li

a.

It-Tranżazzjoni x’aktarx tirriżulta f’impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva permezz tat-tneħħija ta’ kompetitur importanti fis-suq tal-prodotti llaminati, u x’aktarx bir-riżultat ta’ żieda fil-prezzijiet

b.

It-Tranżazzjoni x’aktarx tirriżulta f’impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva permezz tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti ta’ Wieland fis-suq tal-prodotti llaminati fiż-ŻEE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-akkwist tal-kontroll esklużiv ta’ Schwermetall jaggrava l-effetti orizzontali fis-sens li jsaħħaħ il-kapaċità ta’ Wieland li żżid l-ispejjeż tal-kompetituri tagħha fis-suq tal-prodotti llaminati u li jipprovdi lil Wieland b’aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali tar-rivali.

Effetti vertikali mhux koordinati

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni mhux se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni bħala riżultat tal-effetti tal-esklużjoni ta’ dħul fir-rigward tal-billetti.

Impenji

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji ma jeliminawx l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li jirriżulta (i) mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjonijiet kompetittivi importanti eżerċitati fuq Wieland minn ARP u / jew (ii) il-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti ta’ Wieland.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji ma jindirizzawx il-kwistjonijiet relatati maż-żieda fl-ispejjeż ta’ terzi persuni li jiddependu fuq fornimenti minn Schwermetall u mal-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali tar-rivali permezz tal-akkwist tas-sehem ta’ 50 % fi Schwermetall.

Kompatibbiltà mas-suq intern

10.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li jenħtieġ li l-konċentrazzjoni notifikata tiġi ddikjarata bħala inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(3) u 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Top