Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XG0630(01)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/898, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2020/897 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela 2020/C 216/01

    ST/8696/2020/INIT

    ĠU C 216, 30.6.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 216/1


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/898, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2020/897 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

    (2020/C 216/01)

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/ (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/ (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta’ rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 9 tar-Regolament).

    Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-24 ta’ Awwissu 2020, fl-indirizz li ġej:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    RELEX.1.C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063.

    L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

    (2)  ĠU L 205 I, 29.6.2020, p. 6

    (3)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

    (4)  ĠU L 205 I, 29.6.2020, p. 1.


    Top