EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0282

Kawża T-282/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Apologistics vs EUIPO – Kerckhoff (APO)

ĠU C 215, 29.6.2020, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/61


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2020 – Apologistics vs EUIPO – Kerckhoff (APO)

(Kawża T-282/20)

(2020/C 215/71)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Apologistics GmbH (Markkleeberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Markus Kerckhoff (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “APO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 273 103

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 982/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top