Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0249

    Kawża T-249/20: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2020 – Sabra vs Il-Kunsill

    ĠU C 215, 29.6.2020, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/55


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2020 – Sabra vs Il-Kunsill

    (Kawża T-249/20)

    (2020/C 215/63)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Abdelkader Sabra (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: M. Lester, QC, u A. Bradshaw, Solicitor)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-miżuri kkontestati sa fejn dawn jikkonċernawh;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/212 tas-17 ta’ Frar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/211 tas-17 ta’ Frar 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2).

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-inklużjoni tiegħu fil-miżuri kkontestati hija riżultat ta’ żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti mill-Kunsill. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li

    huwa ma huwiex negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja fis-sens tal-Artikolu 15(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 (3);

    huwa ma huwiex assoċjat mar-reġim Sirjan, ma jeżerċitax influwenza fuqu u ma joħloqx riskju ta’ ċirkomvenzjoni fis-sens tal-Artikolu 15(1b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012, u

    huwa ma jipprovdi ebda appoġġ lir-reġim Sirjan u lanqas ma jibbenefika minnu.


    (1)  ĠU 2020 L 43I, p. 6.

    (2)  ĠU 2020 L 43I, p. 1.

    (3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU 2012 L 16, p. 1, rettifika fil-ĠU L 294, 2014, p. 59).


    Top