EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0445

Kawża T-445/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Peek & Cloppenburg – Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Peek & Cloppenburg – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Koeżistenza tal-isem kummerċjali nazzjonali u tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni – Ftehim ta’ delimitazzjoni – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO – Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva – Artikolu 70 tar-Regolament 2017/1001 – Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 71(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2018/625) – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C 215, 29.6.2020, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-445/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Peek & Cloppenburg - Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Peek & Cloppenburg - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Koeżistenza tal-isem kummerċjali nazzjonali u tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Ftehim ta’ delimitazzjoni - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Artikolu 70 tar-Regolament 2017/1001 - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 71(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2018/625) - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2020/C 215/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peek & Cloppenburg KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck, M. Petersenn u C. Stöber, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1270/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg (Hamburg) u Peek & Cloppenburg (Düsseldorf).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 3.9.2018.


Top