Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0094

    Kawża C-94/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – San Domenico Vetraria SpA vs Agenzia delle Entrate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Sitt Direttiva 77/388/KEE – Artikoli 2 u 6 – Kamp ta’ applikazzjoni – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas – Kollokament ta’ persunal minn kumpannija omm lis-sussidjarja tagħha – Rimbors mis-sussidjarja limitat għall-ispejjeż sostnuti)

    ĠU C 215, 29.6.2020, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – San Domenico Vetraria SpA vs Agenzia delle Entrate

    (Kawża C-94/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikoli 2 u 6 - Kamp ta’ applikazzjoni - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas - Kollokament ta’ persunal minn kumpannija omm lis-sussidjarja tagħha - Rimbors mis-sussidjarja limitat għall-ispejjeż sostnuti)

    (2020/C 215/21)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: San Domenico Vetraria SpA

    Konvenuta: Agenzia delle Entrate

    Fil-preżenza ta’: Ministero dell’Economia e delle Finanze

    Dispożittiv

    Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ma humiex ikkunsidrati bħala rilevanti għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud is-self jew il-kollokamenti ta’ persunal ta’ kumpannija omm mas-sussidjarja tagħha, magħmula biss billi jiġu rrimborsati l-ispejjeż relatati magħhom, sa fejn l-ammonti mħallsa mis-sussidjarja lill-kumpannija omm tagħha, minn naħa, u dan is-self jew dawn il-kollokamenti, min-naħa l-oħra, huma interdipendenti.


    (1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


    Top