This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0226
Case T-226/20: Action brought on 24 April 2020 — Steinel v EUIPO (MobileHeat)
Kawża T-226/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Steinel vs EUIPO (MobileHeat)
Kawża T-226/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Steinel vs EUIPO (MobileHeat)
ĠU C 201, 15.6.2020, p. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/53 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Steinel vs EUIPO (MobileHeat)
(Kawża T-226/20)
(2020/C 201/67)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Steinel GmbH (Herzebrock-Clarholz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Breuer u K. Freudenstein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni MobileHeat – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 029 162
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 2472/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |