Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 62020TN0164
Case T-164/20: Action brought on 19 March 2020 — BG v Parliament
Kawża T-164/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – BG vs Il-Parlament
Kawża T-164/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – BG vs Il-Parlament
ĠU C 201, 15.6.2020, S. 33-34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/33 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – BG vs Il-Parlament
(Kawża T-164/20)
(2020/C 201/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BG (rappreżentanti: A. Tymen, L. Levi, u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-20 ta’ Mejju 2019 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-assistenza ta’ Lulju 2017; |
|
— |
jekk hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-10 ta’ Diċembru 2019 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-20 ta’ Awwissu 2019; |
|
— |
tagħti kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti minħabba tort tal-konvenut, stmat fis-somma ta’ EUR 50 000; |
|
— |
tħallas lura l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali tas-smigħ (Artikolu 41(2)(a) tal-Karta). |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali li jkollu l-affarijiet tiegħu ttrattati imparzjalment u b’mod ġust (Artikolu 41(1) tal-Karta) u l-ksur tal-Artikolu 24 SR u tad-dmir ta’ premura. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali li wieħed jirċievi deċiżjoni li tagħti l-motivi (Artikolu 41(2)(c) tal-Karta u Artikolu 25 SR). |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni u ksur tal-Artikoli 12a u 24 SR.
Dwar it-talba għall-kumpens, ir-rikorrenti tesponi t-tort tal-konvenut, id-dannu li soffriet u r-rabta bejn it-tort u d-dannu. |