This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0159
Case T-159/20: Action brought on 23 March 2020 — JB v Cedefop
Kawża T-159/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2020 – JB vs Cedefop
Kawża T-159/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2020 – JB vs Cedefop
ĠU C 201, 15.6.2020, pp. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/30 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2020 – JB vs Cedefop
(Kawża T-159/20)
(2020/C 201/42)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: JB (rappreżentant: Β. Christianos, avukat)
Konvenuti: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (European Centre for the Development of Vocational Training, iktar 'il quddiem, “CEDEFOP”)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda taċ-CEDEFOP tad-19 ta’ Jannar 2020; |
|
— |
tikkundanna liċ-CEDEFOP iħallas lir-rikorrent is-somma totali ta’ EUR 442 276,78. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba minħabba l-eżami tat-talba għal kumpens tar-rikorrenti minn uffiċjal taċ-CEDEFOP li kien xhud kontra; ksur tal-Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”). |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza fil-kuntest tal-eżami tat-talba magħmula mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, kif tikkonferma d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment imressaq abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenut irretroċeda professjonalment u ddeċieda li ma jippromwovix lir-rikorrenti bi ksur tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipju ta’ imparzjalità. |