Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0885

Kawża T-885/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2020 – Aquind et vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Enerġija – Infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea – Regolament (UE) Nru 347/2013 – Regolament delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Nru 347/2013 – Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/25


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2020 – Aquind et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-885/19 R)

(Miżuri provviżorji - Enerġija - Infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea - Regolament (UE) Nru 347/2013 - Regolament delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Nru 347/2013 - Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

(2020/C 201/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit), Aquind Energy Sàrl, (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Aquind SAS (Rouen, Franza) (rappreżentanti: S. Goldberg, C. Davis, J. Bille, solicitors, u E. White, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, Y. Marinova u B. De Meester, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 247/2013 f’dak li jikkonċerna l-proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top