Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0849

    Kawża T-849/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2020 – Leonardo vs Frontex (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/24


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2020 – Leonardo vs Frontex

    (Kawża T-849/19 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

    (2020/C 201/34)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Leonardo SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Parrella, avukat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: S. Drew, H. Caniard, C. Georgiadis u A. Gras, aġenti, assistiti minn M. Vanderstraeten, F. Biebuyck u V. Ost, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri proviżorji fir-rigward tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-avviż ta’ kuntratt ippubblikat fit-18 ta’ Ottubru 2019 minn Frontex, intitolat “Sistemi ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS) għas-Sorveljanza Marittima mill-Ajru b’Reżistenza Twila f’Altitudni Medja”.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top