EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0130

Kawża C-130/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social n° 3 de Barcelona (Spanja) fid-9 ta’ Marzu 2020 – YJ vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona (Spanja) fid-9 ta’ Marzu 2020 – YJ vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-130/20)

(2020/C 201/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YJ

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Domanda preliminari

Dispożizzjoni bħall-Artikolu 60(4) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), li teskludi mill-benefiċċju tas-suppliment tal-maternità n-nisa li jirtiraw volontarjament b’mod antiċipat, għall-kuntrarju ta’ dawk li jirtiraw volontarjament fl-età normali tal-irtirar, jew li jirtiraw b’mod antiċipat, iżda minħabba l-attività eżerċitata matul il-ħajja professjonali tagħhom, minħabba diżabbiltà, jew għaliex ikunu waqfu jaħdmu qabel ma jkunu rtiraw għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lilhom, tista’ titqies bħala diskriminazzjoni diretta fis-sens tad-Direttiva 79/7 (1)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215)


Top