Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9360

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9360 — Daimler/Geely/JV) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 387/07

ĠU C 387, 15.11.2019, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 387/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9360 — Daimler/Geely/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 387/07)

1.   

Fit-8 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Daimler AG (“Daimler”, il-Ġermanja),

Zhejiang Geely Holding Group Co. Ltd (“Geely”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina),

Joint Venture Company (il-“JV”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina)

Daimler u Geely jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Daimler: l-iżvilupp, il-manfiattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-karozzi, prinċipalment karozzi tal-passiġġieri, trakkijiet, vannijiet u karozzi tal-linja.

Geely: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ vetturi tal-passiġġieri.

il-JV: l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ vetturi elettriċi bil-batterija (battery eletric vehicles, BEV) ta’ marka tad-ditta “intelliġenti”.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9360 — Daimler/Geely/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+ 32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top