Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9555

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9555 — Recruit/MUBK/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 387/06

ĠU C 387, 15.11.2019, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 387/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9555 — Recruit/MUBK/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 387/06)

1.   

Fit-8 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Recruit Co, Ltd (“Recruit”, il-Ġappun),

MUFG Bank Ltd (“MUBK”, il-Ġappun),

joint venture maħluqa ġdida (il-“JV”, il-Ġappun),

Recruit u MUBK jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Recruit: il-provvista ta’ servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni għal diversi skopijiet bħalma huma r-reklutaġġ, l-edukazzjoni u l-ibbukkjar;

MUBK: servizzi bankarji għall-konsumatur fil-Ġappun, b’uffiċċji fil-Ġappun u f’40 pajjiż ieħor;

il-JV: servizzi ta’ finanzi għal impriżi kbar u għal negozji minn żgħar u għall-kbar fil-Ġappun biss biex ikunu appoġġati l-ġestjoni i l-operazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9555 Recruit/MUBK/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top