EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AR6213

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Proposta għal Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta”

COR 2018/06213

ĠU C 168, 16.5.2019, p. 74–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/74


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Proposta għal Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta”

(2019/C 168/09)

Relatur ġenerali:

Anna MAGYAR (HU/EPP), Viċi President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Csongrád Megye

Reference document:

Dokument ta’ referenza: COM(2018) 631 final

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill no98/700/ĠAI, ir-Regolament (UE) no 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) no 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Kontribut mill-Kummissjoni Ewropea għal-Laqgħa tal-Mexxejja li se ssir fid-19 u l-20 ta’ Settembru 2018 f’Salzburg

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2018) 631 final Artikolu 2(16)

Definizzjonijiet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“persunal operazzjonali”tfisser il-gwardji tal-fruntiera, l-akkumpanjaturi tar-ritorn, l-ispeċjalisti tar-ritorn u persunal rilevanti ieħor li jikkostitwixxi il-“korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta”. F’konformità mat- tliet kategoriji definiti skont l-Artikolu 55(1), il-persunal operazzjonali jew jiġi impjegat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala persunal statutorju (kategorija 1), jew jiġi ssekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri (kategorija 2) jew ikun ipprovdut għal stazzjonament fil-qosor mill-Istati Membri (kategorija 3). Il-persunal operazzjonali għandu jaġixxi bħala membru ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew timijiet tar-ritorn li għandhom setgħat eżekuttivi. Il-persunal operazzjonali jinkludi wkoll il-persunal statutorju responsabbli għall-funzjonament tal-unità ċentrali tal-ETIAS;

“persunal operazzjonali”tfisser il-gwardji tal-fruntiera, l-akkumpanjaturi tar-ritorn, l-ispeċjalisti tar-ritorn u persunal rilevanti ieħor li jikkostitwixxi il-“korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta”. F’konformità mal- erba’ kategoriji definiti skont l-Artikolu 55(1), il-persunal operazzjonali jew jiġi impjegat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala persunal statutorju (kategorija 1), jew jiġi ssekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri (kategorija 2) jew ikun ipprovdut għal stazzjonament fil-qosor jew għal interventi ta’ reazzjoni rapida mill-Istati Membri (kategoriji 3 u 4 ). Il-persunal operazzjonali għandu jaġixxi bħala membru ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew timijiet tar-ritorn. Setgħat eżekuttivi ta’ persunal ta’ kategorija 2, kategorija 3 u kategorija 4 jistgħu jiġu eżerċitati. Il-persunal operazzjonali jinkludi wkoll il-persunal statutorju responsabbli għall-funzjonament tal-unità ċentrali tal-ETIAS;

Raġuni

Emenda 2

COM(2018) 631 final, Artikolu 3 (a)

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

il-kontroll fuq il-fruntieri, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u l-qbid tal-kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, u miżuri relatati mar-riferiment ta’ persuni li jkollhom bżonn, jew li jixtiequ japplikaw għal, protezzjoni internazzjonali;

(a)

il-kontroll fuq il-fruntieri, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni, l-qbid u t-twaqqif tal-kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, u miżuri relatati mar-riferiment ta’ persuni li jkollhom bżonn, jew li jixtiequ japplikaw għal, protezzjoni internazzjonali;

Raġuni

L-attivitajiet ewlenin ta’ ġestjoni tal-fruntieri għandhom jinkludu wkoll il-provvediment ta’ soluzzjoni operazzjonali biex tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera.

Emenda 3

COM(2018) 631 finali, Artikolu 8, (4), (6) u (7)

Ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)    Abb ażi tal-analiżi tar-riskju strateġika għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 30(2), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 118 li jiżviluppaw politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Dan l-att delegat għandu jiddefinixxi prijoritajiet politiċi u jipprovdu l-linji gwida strateġiċi għall-erba’ snin sussegwenti b’rabta mal-komponenti stipulati fl-Artikolu 3.

(…)

(6)   Sabiex jimplimentaw l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom jimxu mal-Artikolu 3, mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 u l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fil-paragrafu 5.

(7)   Tnejn u erbgħin xahar wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija, għandha tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jitqiesu huwa u jitħejja ċ-ċiklu li jkun imiss.

(4)    Sa [għad irid jiġi kkonfermat], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill abbozz ta’ politika strateġika pluriennali għall-ewwel ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali abbażi tal-analiżi strateġika tar-riskju għal Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea msemmija fl-Artikolu 30(2). Fi żmien [għad irid jiġi kkonfermat] tal-preżentazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni, għandha tissejjaħ laqgħa bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiġi diskuss l-abbozz ta’ politika strateġika plurieannali. Wara dik id-diskussjoni , il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 118 għall-iżvilupp ta’ politika strateġika multiannwali għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea. Dan l-att delegat għandu jiddefinixxi prijoritajiet politiċi u jipprovdi l-linji gwida strateġiċi għall-erba’ snin sussegwenti b’rabta mal-komponenti stipulati fl-Artikolu 3.

(…)

(6)   Sabiex jimplimentaw l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn u f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti tat-territorji sottonazzjonali kkonċernati. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom jimxu mal-Artikolu 3, mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 u l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fil-paragrafu 5.

(7)   Tnejn u erbgħin xahar wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija, għandha tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jitqiesu huwa u jitħejja ċ-ċiklu li jkun imiss. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-evalwazzjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Raġuni

L-istrateġiji nazzjonali għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri għandhom ikunu ikkonsultati mal-awtoritajiet lokali u reġjonali ta’ dawk it-territorji li huma ferm imħassbin minħabba l-flussi migratorji qawwijin attwali, prevedibbli jew potenzjali jew sfidi oħra b’konsegwenzi serji fuq lil-livell lokali jew reġjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lura lill-koleġislaturi (Emenda 23 tal-abbozz ta’ Opinjoni tal-Kumitat LIBE), kif ukoll lir-rappreżentanza politika tal-livell lokali u reġjonali fil-livell tal-UE.

Emenda 4

COM(2018) 631 final, Artikolu 21 (1) u (3).

Ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)   Kull Stat Membru għandu jaħtar, jopera u jżomm ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni, li għandu jikkoordina, u jiskambja informazzjoni fost l-awtoritajiet kollha responsabbli mill-kontroll tal-fruntiera esterna fuq livell nazzjonali, kif ukoll fost iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni l-oħrajn u l-Aġenzija. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-istabbiliment taċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Aġenzija dwar dan.

(…)

(3)   Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu:

(a)

jiżgura l-iskambju f’waqtu ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni f’waqtha bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli mill-kontroll fil-fruntieri esterni, kif ukoll ma’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija;

(…)

(1)   Kull Stat Membru għandu jaħtar, jopera u jżomm ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni, li għandu jikkoordina, u jiskambja informazzjoni fost l-awtoritajiet kollha responsabbli mill-kontroll tal-fruntiera esterna fuq livell nazzjonali, u, fejn xieraq mal-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti, kif ukoll fost iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni l-oħrajn u l-Aġenzija. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-istabbiliment taċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Aġenzija dwar dan.

(…)

(3)   Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu:

(a)

jiżgura l-iskambju f’waqtu ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni f’waqtha bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli mill-kontroll fil-fruntieri esterni, u, fejn xieraq mal-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti , kif ukoll ma’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija;

(…)

Raġuni

Biex jiġi żgurat it-tixrid tajjeb u l-iskambju ta’ informazzjoni lil-livelli lokali u reġjonali, meta jkunu kkonċernati.

Emenda 5

COM(2018) 631 final, Artikolu 39(3)(m)

Pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(m)

il-proċeduri li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jirċievu u jittrażmettu lill-Aġenzija lment kontra kull persuna li tipparteċipa f’operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, inkluż gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor tal-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet b’allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħhom f’operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri;

(n)

arranġamenti loġistiċi inkluż l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent taż-żoni li fiha hija prevista li sseħħ l-operazzjoni konġunta.

(m)

proċedura aċċellerata għat-trattament ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru ;

(n)

il-proċeduri li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jirċievu u jittrażmettu lill-Aġenzija lment kontra kull persuna li tipparteċipa f’operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, inkluż gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor tal-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet b’allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħhom f’operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri;

( o )

arranġamenti loġistiċi inkluż l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent taż-żoni li fiha hija prevista li sseħħ l-operazzjoni konġunta.

Raġuni

Huwa meħtieġ ukoll, li waqt operazzjoni konġunta, tiġi stabbilita proċedura aċċellerata għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, sabiex tkun tista’ tinħarġilhom deċiżjoni ta’ ritorn kemm jista’ jkun malajr.

Emenda 6

COM(2018) 631 final, Artikolu 55(1)

Korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’persunal ta’ 10 000 ruħ se jkunu parti mill-Aġenzija. Dan il-korp permanenti se jkun kompost mit- tliet kategoriji li ġejjin ta’ persunal f’konformità mal-iskema ta’ disponibbiltà annwali stabbilita fl-Anness I:

(a)

Kategorija 1: membri tal-persunal operazzjonali tal-Aġenzija reklutati f’konformità mal-Artikolu 94(1) u skjerati f’żoni ta’ operazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 56;

(b)

Kategorija 2: persunal operazzjonali sekondat minn Stati Membri lill-Aġenzija għal durata fuq żmien twil bħala parti mill-korpi permanenti; f’konformità mal-Artikolu 57;

(c)

Kategorija 3: persunal operazzjonali minn Stati Membri pprovdut lill-Aġenzija għal skjerament fuq żmien qasir bħala parti mill-korp permanenti f’konformità mal-Artikolu 58.

1.   Korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’persunal ta’ 10 000 ruħ se jkunu parti mill-Aġenzija. Dan il-korp permanenti se jkun kompost mill- erba’ kategoriji li ġejjin ta’ persunal f’konformità mal-iskema ta’ disponibbiltà annwali stabbilita fl-Anness I:

(a)

Kategorija 1: membri tal-persunal operazzjonali tal-Aġenzija reklutati f’konformità mal-Artikolu 94(1) u skjerati f’żoni ta’ operazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 56;

(b)

Kategorija 2: persunal operazzjonali sekondat minn Stati Membri lill-Aġenzija għal durata fuq żmien twil bħala parti mill-korpi permanenti; f’konformità mal-Artikolu 57;

(c)

Kategorija 3: persunal operazzjonali minn Stati Membri pprovdut lill-Aġenzija għal skjerament fuq żmien qasir bħala parti mill-korp permanenti f’konformità mal-Artikolu 58;

(d)

Kategorija 4: persunal operazzjonali tar-riżerva ta’ reazzjoni rapida.

Raġuni

Iż-żieda tar-raba’ kategorija ta’ persunal operazzjonali tkun ittaffi l-piż possibbli fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’termini ta’ tqassim, filwaqt li tikkomplementa l-korpi permanenti għal interventi rapidi fil-fruntiera (Emenda 55 u Emenda 64 tal-abbozz tar-rapport LIBE).

Emenda 7

COM(2018) 631 final, Artikolu 64(6)

Riżerva ta’ tagħmir tekniku

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(…)

Jekk in-numru minimu ta’ elementi ta’ tagħmir tekniku ma jkunx biżżejjed biex jitwettaq il-pjan operazzjonali miftiehem għal dawn l-attivitajiet, l-Aġenzija għandha tirrevedih abbażi tal-ħtiġijiet ġustifikati u ta’ ftehim mal-Istati Membri.

(…)

Jekk in-numru minimu ta’ elementi ta’ tagħmir tekniku ma jkunx biżżejjed biex jitwettaq il-pjan operazzjonali miftiehem għal dawn l-attivitajiet, l-Aġenzija għandha tirrevedih u tara li dawk l-oġġetti jsiru disponibbli , abbażi tal-ħtiġijiet ġustifikati u ta’ ftehim mal-Istati Membri.

Raġuni

Sabiex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni tal-pjanijiet operazzjonali, l-Aġenzija għandha, fejn xieraq, tiżgura li ammont minimu ta’ tagħmir tekniku huwa disponibbli, wara li teżamina l-ħtiġijiet tal-pjanijiet operazzjonali individwali.

Emenda 8

COM(2018) 631 final, Artikolu 84(1) ġdid (e).

Dokument ta’ akkreditazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

ritratt reċenti diġitalizzat; kif ukoll

(d)

il-kompiti awtorizzati li għandhom jitwettqu matul l-istazzjonament.

(c)

ritratt reċenti diġitalizzat;

(d)

il-kompiti awtorizzati li għandhom jitwettqu matul l-istazzjonament; kif ukoll

(e)

numru ta’ identifikazzjoni speċifiku.

Raġuni

Kull dokument għandu jkollu numru ta’ identifikazzjoni speċifiku tad-detentur tal-karta li għandu jiġi assenjat skont it-tip ta’ skjerament u r-rwol tagħhom matul l-iskjerament. In-numru ta’ identifikazzjoni speċifiku se jgħin ukoll biex titħaffef l-identifikazzjoni fis-sistema ta’ reġistrazzjoni.

Emenda 9

COM(2018) 631 final, Artikolu 102(4-6)

Laqgħat tal-bord maniġerjali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   L-Irlanda għandha tkun mistiedna tattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali.

5.   Ir-Renju Unit għandu jkun mistieden jattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali li jsiru qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

6.   Rappreżentanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u tal-EUROPOL għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali. Il-bord maniġerjali jista’ jistieden ukoll rappreżentant tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

4.   L-Irlanda għandha tkun mistiedna tattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali bħala osservatur .

5.   Ir-Renju Unit għandu jkun mistieden bħala osservatur biex jattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali li jsiru qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

6.   Rappreżentanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u tal-EUROPOL għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali bħala osservaturi . Il-bord maniġerjali jista’ jistieden ukoll rappreżentant tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni biex jaġixxu bħala osservaturi .

Raġuni

Il-membri biss huma intitolati biex jivvotaw f’laqgħat tal-bord maniġerjali. Entitajiet oħrajn għandhom jiġu mistiedna u jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi, mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvotaw.

Emenda 10

COM(2018) 631 final, Artikolu 116(1)

Evalwazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta;

(c)

l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u tal-fruntiera ;

Raġuni

Skont l-Artikolu 4, l-Aġenzija tiggarantixxi l-eżistenza tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

itenni l-ħtieġa li jissaħħu r-rwol ta’ sostenn u l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (minn hawn ’il quddiem: Aġenzija), notevolment fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, bil-ħsieb li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE u sabiex jiżdied b’mod sinifikanti ir-ritorn effettiv tal-migranti illegali. Fl-istess ħin, huwa jiġbed l-attenzjoni li mandat estiż iġib miegħu l-ħtieġa li jissaħħu is-salvagwardji biex jiżguraw li l-azzjonijiet kollha tiegħu jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u l-obbligi internazzjonali tal-UE u l-istati membri tagħha, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement, u biex jiġi evitat l-involviment tal-Aġenzija f’kwalunkwe operazzjoni li fiha l-konformità mad-drittijiet fundamentali ma setgħetx tkun żgurata;

2.

jirrikonoxxi li kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE huwa parti importanti integrali ta’ politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni, u f’dan il-kuntest it-tisħiħ propost tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jkunu neċessarji; jenfasizza madankollu, kif iddikjarat fl-Opinjoni reċenti tal-KtR dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, li t-tkabbir ta’ riżorsi finanzjarji u operazzjonali għall-ħarsien tal-fruntieri għandhom ikunu akkumpanjati minn sforzi korrispondenti biex itejjeb aspetti oħra tal-politika tal-migrazzjoni tal-UE sabiex jiġi garantit approċċ bilanċjat;

3.

jenfasizza l-fatt li l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE huwa wieħed mill-kisbiet ewlenin tal-UE, u f’żona mingħajr fruntieri interni, migrazzjoni mhux iddokumentata bejn il-fruntieri esterni għandha implikazzjonijiet serji legali, ekonomiċi u relatati mas-sigurtà għall-funzjonament tas-sistema ta’ Schengen;

4.

jenfasizza l-fatt li l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jipperikola serjament l-abbiltà ta’ reġjuni ġirien biex jikkooperaw ma’ xulxin, u, barra minn hekk, għandu impatti kbar ħafna fuq ekonomiji reġjonali, u li għalhekk, verifiki fil-fruntieri esterni effettivi huma essenzjali;

5.

jenfasizza l-fatt li l-protezzjoni effettiva tal-fruntieri esterni tikkontribwixxi favur il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u biex b’mod definittiv jitkissru l-mudelli kummerċjali tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin tal-bnedmin, u b’hekk jiġi evitat it-telf traġiku ta’ ħajjiet; barra minn hekk, il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni jista’ jikkontribwixxi biex jipprevjeni ċertu theddid għas-sigurtà interna, l-ordni pubbliku u s-saħħa pubblika fl-awtoritajiet lokali u reġjonali; speċjalment f’dawk li jinsabu fuq il-fruntieri esterni tal-UE;

6.

iqis li l-prekondizzjoni għal politika ta’ migrazzjoni huwa approċċ komprensiv għall-migrazzjoni li jinkludi t-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE kif ukoll il-funzjonament ta’ sistema Ewropea komuni tal-asil, approċċ komuni biex jittratta persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, sistema koerenti ta’ rotot legali għall-migrazzjoni u politika ħafna aktar konsistenti dwar l-indirizzar tad-dimensjoni esterna u l-kawżi tal-migrazzjoni;

7.

jenfasizza li politika ta’ ritorn effettiva huwa element ewlieni ta’ approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u li l-Aġenzija għandha, għalhekk, tkun tista’ tappoġġja lill-Istati Membri fil-qasam tar-ritorn, f’konformità mad-dritt internazzjonali u tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat li l-prinċipju ta’ non-refoulement jiġi rispettat;

8.

jilqa’ il-mandat imsaħħaħ tal-Aġenzija biex tiżgura appoġġ komprensiv lill-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-operazzjonijiet ta’ ritorn effettivi u umani. Dan jista’ jinkludi wkoll f’każijiet speċifiċi l-possibbiltà li jingħata appoġġ operazzjonali lil pajjiżi terzi fuq talba, mingħajr limitazzjonijiet ġeografiċi, u biex jiġi evitat l-eskalar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi; tali każijiet madankollu jirrikjedu garanziji u salvagwardji ċari rigward ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-liġi internazzjonali, kif ukoll mekkaniżmi adatti biex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-Aġenzija għall-azzjonijiet tagħha lil hinn mill-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

9.

jenfasizza l-fatt li l-protezzjoni tal-fruntieri esterni hija kompetenza konġunta tal-UE u l-Istati Membri, il-proposta, għandha tiżgura li l-KE jissorvelja l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri esterni tal-Unjoni;

10.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-obbligi jitqiegħdu fuq l-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-operazzjonijiet konġunti tal-Aġenzija, iżda huwa wkoll imħasseb dwar il-proposta biex jinħoloq korp permanenti ta’ sa 10 000 persunal operattiv, peress li l-iskjerament tal-gwardji nazzjonali tal-fruntiera u persunal nazzjonali lill-Aġenzija jista’ jwassal għal eżodu ta’ mħuħ possibbli; jenfasizza li l-ħolqien ta’ strutturi ġodda bħal dawn ma għandux ikun ta’ piż addizzjonali fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment fir-reġjuni fuq il-fruntiera, jew jipperikolaw it-twettiq ta’ kompiti li jsiru fil-fruntieri esterni minn strutturi nazzjonali, reġjonali jew lokali eżistenti, u għalhekk jipproponi l-istabbiliment aktar realistiku u gradwali tal-korp permanenti fl-Anness I;

11.

huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta’ valutazzjoni xierqa ta’ diversi aspetti tal-impatt tal-proposta, inkluż l-impatt territorjali potenzjali tagħha u jqis li huwa neċessarju li jiġu esplorati l-modi possibbli fejn ir-rwol ta’ appoġġ tal-Aġenzija jista’ jiġi żgurat bl-aktar mod kosteffettiv. Tali valutazzjoni tal-impatt għandha wkoll tirrifletti l-implikazzjonijiet finanzjarji kemm f’sitwazzjonijiet normali u ta’ kriżi, kif ukoll kwistjonijiet legali kumplessi li jistgħu jinqalgħu b’mod partikolari fir-rigward ta’ operazzjonijiet barra mit-territorju tal-UE;

12.

jenfasizza l-qafas b’diversi atturi fejn issir ġestjoni tal-fruntieri u r-rwol li l-livell lokali u reġjonali jista’ jkollu f’dan il-qafas, kif rifless fl-Artikolu 22. Jinnota, f’dan il-kuntest, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati (bħal dawk għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-reġjuni kostali) għandhom jiġu involuti b’mod xieraq fl-iskambju ta’ informazzjoni, speċjalment fir-rigward taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni (l-Artikolu 21) u fil-preparazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri (l-Artikolu 8);

13.

jenfasizza li l-migrazzjoni irregolari tpoġġi pressjonijiet sinifikanti fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali u toħloq sfidi fl-immirar ta’ servizzi pubbliċi limitati lejn dawk li għalihom għandna obbligu internazzjonali li nipprovdu rifuġju u asil. jenfasizza, għalhekk, li ritorni rapidi ta’ applikanti għall-asil li l-applikazzjoni tagħhom ma tirnexxix u li jiġi żgurat ir-rispett ta’ mezzi legali ta’ migrazzjoni huma kruċjali;

14.

jemmen li l-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE hija ta’ interess komuni, u li l-għanijiet tal-leġislazzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali biss, u li għalhekk il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Brussell, is-6 ta’ Frar 2019.

Il-President

tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


Top